Storja tal-Bandiera
L-istorja tal-bandiera tmur lura sa l-1955. F’dak iz-zmien, l-Unjoni Ewropea ezisitiet biss fil-forma tal-Komunita` tal-Faham u ta’ l-Azzar, b’sitt Stati Membri biss. Imma korp separat b’izjed membri - il- Kunsill ta’ l-Ewropa
- gie stabilit diversi snin qabel u kien mqabbat jiddefendi d-drittijiet umani u jippromovi l-kultura Ewropea.
Il-Kunsill ta’ l-Ewropa kien ikkonsidra liema simbolu jaddotta ghall-uzu tieghu. Wara hafna diskussjoni, id-disinn prezenti kien addottat - cirklu ta’ tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond ikhal. F’hafna tradizzjonijiet, tnax kien in-numru simboliku li jirraprezenta perfezzjoni. Huwa wkoll in-numru ta’ xhur fis-sena u n-numru ta’ sighat murija f’wicc l-arlogg. Ic-cirklu hu, fost affarijiet ohrajn, simbolu ta’ ghaqda. B’hekk twieldet il-bandiera Ewropea, li tirraprezenta l-ideal ta’ l-ghaqda fost il-popli ta’ l-Ewropa.
Il-Kunsill ta’ l-Ewropa mbaghad nkoragixxi istituzzjonijiet Ewropej ohrajn biex jaddotta l-istess bandiera u, fl-1983, il-Parlament Ewropew laqa’ s-sejha. Fl-ahhar, fl-1985, din il-bandiera kienet addottata mill-kapijiet ta’ l-Istat u tal-gvern ta’ l-UE bhala l-emblema ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea - liema, f’dawk il-granet, kienet tissejjah Kommunitajiet Ewropej.
L-istituzzjonijiet Ewropej kollha ilhom juzawha mill-bidu ta’ l-1986. Il-bandiera Ewropea hi l-unika emblema tal-Kummissjoni Ewropea - il-fergha ezekuttiva ta’ l-UE. Istituzzjonijiet u korpi ohrajn ta’ l-UE juzaw emblema ghalihom
flimkien mal-bandiera Ewropea.
Ftakru li...
Din hija l-bandiera Ewropea. Hija s-simbolu ta’ l-Unjoni Ewropea imma hi wkoll ta’ l-ghaqda u ta’ l-identita ta’ l-Ewropa f’sens iktar wiesa’. Ic-cirklu ta’ l-istilel tad-deheb jirraprezenta is-soledarjeta u l-armonijia bejn il-popli tal-Ewropa.
In-numru ta’ l-istilel m’ghandux x’jaqsam man-numru ta’ l-Istati Membri. Hemm tnax-il stilla minhabba li n-numru tnax hu tradizzjonalment is-simbolu tal-perfezzjoni, kompletezza u ghaqda. Il-bandiera ghalhekk ma tinbidilx ikun hemm kemm ikun hemm tkabbir futuri ta’ l-UE.
L-Innu Ewropew
Dan mhux l-innu ta' l-Unjoni Ewropea biss imma wkoll ta' l-Ewropa f'sens iktar wiesa'. Il-melodija `gejja mid-Disa' Sinfonija kkomponuta fl-1823 minn Ludwig Van Beethoven.
Ghall-ahhar moviment ta' din is-sinfonija, Beethoven stabilixxa l-muzika "Ode to Joy" miktuba fl-1785 minn Friedrich von Schiller. Din il-poezija tesprimi l-vizjoni idealista ta' Schiller li r-razza umana issir ahwa - vizjoni li kellu ukoll Beethoven.
Fl-1972, il-Kunsill ta' l-Ewropa (l-istess entita li stabbilixxiet l-bandiera Ewropea) addotta t-tema ta' l-"Ode to Joy" bhala l-innu tieghu. Il-konduttur maghruf Herbert Von Karajan gie mitlub li jaghmel tlett arrangamenti muzikali - ghal piano solo, ghall-istrumenti tan-nifs u ghall-orkestra simfonika. Minghajr kliem, fil-lingwa universali tal-muzika, dan l-innu jesprimi l-ideali tal-helsien, paci u solidarjeta li fihom temmen l-Ewropa.
Fl-1985, gie maghzul mill-kapijiet ta' l-Istat u l-gvernijiet ta' l-UE bhala l-innu ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Mhux mahsub li jiehu post l-innijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri izda biex jiccelebra l-valuri li huma jaqsmu u l-unita fid-diversita taghhom.
Is-silta li tista' tisma' hawnhekk huwa mill-Orkestra tal-istrumenti tan-nifs taz-zghazagh ta' l-Unjoni Ewropea taht id-direzzjoni ta' Andre Reichling. Din giet irrrekordjata fl-1994 fit-Teatro da Trindade, f'Lisbona. Arrangament muzikali: Herbert von Karajan.
Rekordjar ta' Kwalita gholja (MP3, 849 KB)
Rekordjar ikkompressat (MP3, 66 KB)
Mur Lura...
www.pnsafi.20m.com