Joe Saliba, Segretarju Generali Partit Nazzjonalista
Illum qed nghixu f'dinja fejn l-informatika aktar milli saret popolari hi htiega ta' komunikazzjoni. L-izvilupp ta' siti fuq l-internet min-naha tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista qed isir pass naturali biex il-Kumitati jghaddu l-messagg politiku tal-partit lit-tesserati u lil dawk kollha li jixtiequ jiksbu informazzjoni dwar il-PN, l-istrutturi tieghu u l-attivitajiet li jorganizza anke fuq bazi lokali.
L-uzu ta' l-internet biex il-Kumitati Sezzjonali jwasslu l-messagg taghhom kemm lin-nies tal-lokalita' taghhom kif ukoll lil dawk barra mil-lokalita' hi inizjattiva li wiehed jinkoraggiha. Dawn huma inizjattivi pozittivi u fil-linja ta' kif il-Partit Nazzjonalista jixtieq jara l-Kumitati Sezzjonali tieghu jizviluppaw fiz-zmien li gej. Il-facilita' ta' l-interattivita' li joffrilna l-internet b'mod istantanju m'hux sostitut ta' mezzi ohra tradizzjonali li bihom nikkomunikaw u nissocjalizzaw bejnietna. L-internet hu mezz li jikkumplimenta l-attivitajiet socjali, il-laqghat politici, id-diskussjonijiet informali fl-ufficcji taghna u mezzi ohra li permezz taghhom niltaqghu, nikkomunikaw, nircievu u nwasslu l-mesagg taghna.
Bit-twaqqif ta' sit fuq l-internet, Kumitat Sezzjonali jkun qed iwettaq bl-aqwa mod il-hidma tieghu bhala cellola hajja tal-Partit Nazzjonalista fil-komunita' b'kull mezz possibbli fejn il-komunikazzjoni hi two-way iwassal, izda fuq kollox jircievi wkoll messaggi. Nafu li ghalkemm l-attivitajiet tradizzjonali huma popolari u jigbdu lejn il-partit ammont kbir ta' nies, dawn ma jilhqux lil kulhadd, kemm ghax m'hux dejjem jappellaw ghal kulhadd kif ukoll minhabba r-restrizzjonijiet li timponi fuqna d-dinja mghaggla tal-lum li timpedina milli nattendu ghal certu attivitajiet. Ghalhekk hu krucjali li nisfruttaw il-mezzi l-aktar moderni biex fl-iqsar hin possibbli nkunu nistghu nwasslu l-messagg taghna lil kulhadd. Sit fuq l-internet joffri l-facilita' li nikkomunikaw bejnietna, int fejn int, erbgha u ghoxrin siegha kuljum.
Nawgura ghalhekk lill-Kumitat Sezzjonali ta' Hal Safi ghal din l-inizjattiva li ha bit-twaqqif ta' dan is-sit fuq l-internet. Mezz li certament juri d-dinamizmu li hemm fi hdan dan il-kumitat u l-hidma li l-membri tal-Kumitat Sezzjonali huma herqana li jwettqu fil-gejjieni f'Hal Safi.
Joe Saliba
Segretarju Generali PN
jsaliba@pn.org.mt