Deputati

Deputati 5 Distrett

Resource Centre PN Safi | Kunsill Generali 2003 | Photo Page | Joe Saliba | European Flag and Anthem | Ittra minn Eddie Fenech Adami | Deputati | Malta - EU Update
  
    

Helen D'Amato

Helen D'Amato twieldet fil-25 ta' Settembru 1955.

Attendiet The Malta College of Education u saret ghalliema. Hi ghalmet f'diversi skejjel tal-Gvern kemm primarji kif ukoll sekondarji.

Dahlet fil-hajja politika fl-1988 bhala segretarja tal-Kumitat tal-MNPN fiz-Zurrieq. Fl-1993 saret President tal-MNPN. Fl-1993 u l-1996 ikkontestat u giet eletta fil-Kunsill Lokali taz-Zurrieq. Bejn l-1993 u l-1996 kienet Vici Sindku taz-Zurrieq.

Hi kkontestat l-elezzjoni generali ghall-ewwel darba fl-1996 u giet eletta. Regghet giet eletta fl-elezzjoni generali ta' l-1998 u fl-2003.

Hi Chairperson tal-Kumitat Parlamentari ghall-Affarijiet Socjali.

Hi Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita

Email Address
helen.damato@gov.mt

Louis Galea

Louis Galea twieled l-Imqabba fit-2 ta' Jannar 1948.

Hu studja fis-Seminarju u fl-Universita' ta' Malta mnejn igradwa bhala avukat fl-1975.

Hu kien attiv fil-kamp studentesk. Fl-1968 organizza kampanja dwar il-housing socjali. Kien President tal-iStudent's Catholic Guild. Fl-1973 sar President tal-Kunsill Rapprezentattiv ta' l-Istudenti.

Bejn l-1974 u l-1977 hu kien President tal-MZPN. Bejn l-1977 u l-1987 hu kien Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista. Fi zmien li kien Segretarju Generali infethu numru kbir ta' ufficcji tal-Partit Nazzjonalista madwar Malta u Ghawdex u twaqqfu wkoll Kumitati Sezzjonali f'kull belt u rahal.

Hu kkontesta l-elezzjoni generali ghall-ewwel darba fl-1971 u gie elett fl-elezzjoni generali li saret fl-1976. Hu baqa' jigi elett f'kull elezzjoni li saret wara.

Bejn l-1987 u l-1996 kien Ministru tal-Politika Socjali b'responsabbilta' ghas-servizzi socjali, l-anzjani, is-sahha u l-affarijiet tal-familja fost l-ohrajn. Bejn l-1992 u l-1995 kien responsabbli wkoll mill-Intern.

Wara l-elezzjoni ta'l-1998 inhatar Ministru ta' l-Edukazzjoni. Fl-2003 gie elett u inhatar Ministru ta' l-Edukazzjoni

Hu mizzewweg lil Vincienne u ghandhom tilef u tliet ibniet.

Email Address
louis.galea@gov.mt

Ninu Zammit

Ninu Zammit twieled fis-17 ta' Jannar 1952.

Hu studja l-Kullegg San Alwigi u aktar tard kompla l-istudji tieghu fl-Universita' ta' Malta mnejn igradwa bhal Perit.

Hu gie elett ghall-ewwel darba fl-elezzjoni ta' l-1981 u baqa' jigi elett f'kull elezzjoni li saret wara. Bejn l-1987 u l-1996 kien Segretarju Parlamentari b'responsabbilta' ghall-ilma u l-energija.

Bejn l-1996 u l-1998 hu kien Shadow Ministeru dwar l-agrikoltura u sajd.

Wara l-elezzjoni ta' l-1998 hu nhatar Ministru tal-biedja u sajd.

Wara l-elezzjoni ta' l-2003 inhatar Ministru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura.

Mizzewwg lil Margaret u ghandhom tilef u zewgt ibniet.

Email Address
ninu.zammit@gov.mt

 

 

For any questions or comments, please send me an email at PN Safi Email
 

Go back to PN Safi

PN Safi Home Page