Eddie Fenech Adami - Ex-Prim Ministru u Ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista
9 ta' Dicembru 2003
Ghadni kif dhalt fil-website tal-Kumitat ta' Hal Safi u irrid nifrahilkom minn qalbi ghal din l-inizjativa u ghal-livell tal-website li nawgura li jibqa' tajjeb u jekk jista' jkun jitjieb.
Qed nghixu fi zminijiet meta il-komunikazjoni bejnietna tista' u ghandha tkun hajja il-hin kollu. Ghalhekk l-internet huwa l-aqwa mezz ta' komunikazjoni fid-dinja tallum.
Jien gejt il-bierah bil-lejl minn laqgha tal-Commonwealth li nzammet f'Abuja il-belt kapitali tan-Nigerja. Tema ewlenija li tkellimna fuqha ghall-darba ohra kienet ir-rivoluzjoni tal-informatika li qeda tbiddel kuljum mhux biss il-mod ta' kif nikkomunikaw ma xulxin izda wkoll l-istess kultura u l-mod kif nahdmu ahna lkoll. Qed nghixu f'socejta li l-qofol taghha huwa l-gherf ta' kull wiehed minna.
Malta ghaddejja minn bidliet kbar. Ilna nhejju lill-pajjizna ghaz-zminijiet godda partikolarment ghas-shubinja fl-Unjoni Eiropea u issa wasal iz-zmien tat-twettiq ta' dak kollu li wittejna t-triq ghalih. Jiddipendi mill-hidma ta' kull wiehed u wahda minna kemm sa jikseb success il-pajjiz kollu kemm hu.
Huwa ta' soddifazzjon ghalija bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista li nara l-membri u l-attivisti taghna izommu ruhhom aggornati bl-aqwa mezzi biex jikkomunikaw bejniethom u jxerrdu b'mod effettiv mhux biss informazjoni aggornata izda wkoll il-hsibijiet u l-fatti li ghandhom x'jaqsmu mal-politika. B'hekk ukoll inkomplu narmaw ghaz-zminijiet godda.
Nawguralkom success f'din l-inizjativa gdida taghkom.